Raġel ta’ tnejn u erbgħin sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti baqa’ jinżamm arrestat wara li ttella’ l-Qorti mixli b’atti sesswali ma’ minuri ta’ disa’ snin li tiġi n-neputija tar-rispett.
Fil-Qorti xehdet mart l-akkużat li stqarret li t-tifla qatt ma wriet sens ta’ biża’ mill-imputat tul dawn is-sentejn.
Il-Prosekuzzjoni qalet li t-tifla tat il-verżjoni tagħha tliet darbiet u dejjem kienet konsistenti.
L-avukat tad-difiża sostna li l-Qorti għandha toqgħod attenta għaliex hemm diversi akkużi li jaf m’għandhomx bażi.