Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista, Josianne Cutajar qalet li l-Ewropa ma tistax iddawwar wiċċha għall-impatt soċjali li tista’ tħalli l-bidla li l-Ewropa tkun ħielsa mill-karbonju sas-sena elfejn u ħamsin.
Dan intqal waqt il-Kumitat tal-Industrija, Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Parlament Ewropew.
Dr Cutajar qalet li pajjiżi bħal Malta huma dipendenti fuq l-avjazzjoni u t-trasport marittimu, u għandhom jingħataw kumpens u appoġġ għall-impatt ta’ taxxi ambjentali.