Ġuvni Sirjan ġie kkundannat erba’ xhur ħabs wara li ammetta li uża dokumenti ffalsifikati bil-għan li jidħol f’Malta.
Il-Qorti semgħet kif l-imputat kien applika għall-istat ta’ refuġjat fil-Greċja iżda dan ġie miċħud u għalhekk kellu jiġi Malta.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butters qalet li l-Pulizija ma setgħetx tikkonferma kemm għandu żmien l-akkużat, iżda sostniet li hu qal li għandu sbatax-il sena.
Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia ntqal ukoll li l-akkużat xtara dokument mal-pulizija iżda ma qalx mingħand min.
L-Avukat Difensur Daniel Attard qal li l-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontih mal-ewwel opportunità li kellu.
Tenna li l-imputat kien telaq mill-belt ta’ Homs, fejn kien hemm il-ġlied.