Kompliet il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ tal-attentat ta’ serqa fuq il-bankHSBC, fejn ta x-xhieda tiegħu Melvin Theuma.
Fil-Qorti, Theuma qal li fl-2010 waqt il-kunċert tal-Isle of MTV, Darren Debono magħruf bħala t-Topo avviċinah biex jikri appartament għal xahar.
Intqal kif dakinhar tal-attentat ta’ serqa, Theuma rċieva telefonata minn Debono waqt ikla ma’ familtu.
Theuma qal kif mar fl-appartament li kera lil Debono, fejn sabu fuq is-sodda bid-demm ma’ kuxxtejh.
It-Topo spjega li kienu sparawlu l-Pulizija u kien hawn li Alfred Degiorgio magħruf bħala l-Fulu talab lil Theuma sabiex jgħinu.