Il-Borża ta’ Malta laqgħat b’sodisfazzjon l-importanza mogħtija lill-iżvilupp tas-Suq Kapitali waqt id-diskors tal-Baġit ta’ din is-sena.
Fi stqarrija nnotat li l-Borża ta’ Malta tidher f’numru ta’ proposti li se jkollhom effett pożittiv u ta’ benefiċċju għas-Suq Kapitali Malti. Dawn il-miżuri m’hemmx dubju li se jpoggu lil-Borża ta’ Malta f’pozizzjoni iktar attrajenti kemm għall-investituri kif ukoll għall-kumpaniji li jixtiequ jzidu il-kapital. L-inizjattivi mħabbra mill-Ministru fil-fatt iservu bħala sfond perfett għall-Pjan Strateġiku ghas-Suq Kapitali li se jitħabbar fis-27 ta Ottubru.
L-investituri ż-żgħar li jkollhom mhux aktar minn 0.5% tal-kapital nominali tal-ishma mahruga u llistjati fil-Borża ta’ Malta se jkunu jistaw jitolbu rifużjoni tat-taxxa mħallsa fuq id-dividends li thallsu mill-profitti magħmula mil- 1 ta’ Jannar 2017, skond ir-rati tat-taxxa personali tagħhom.
Permezz tar-Risk Incentive Scheme, l-investituri se jibbenefikaw ukoll minn krediti tat-taxxa sa € 250,000 fis-sena meta jinvestu f-SMEs li huma ammessi fuq Prospects li huwa suq operat mill-Borza, direttament jew permezz ta’ fondi li jikkwalifikaw ghall- SMEs. Investituri fl-SMEs ammessi fuq Prospects issa se jibbenefikaw ukoll mill-eżenzjoni tat-taxxa fuq il- qligħ kapitali bħala l-Suq Regolat, bi tnaqqis fit-taxxa fuq il-qligħ kapitali dovuti li jikkorispondu direttament mal-percentagg ta-ishma offruti lill-pubbliku b’eżenzjoni totali fuq il-kumpaniji bi 25% ta ishma f’idejn pubbliċi.
Għall-kumpaniji li jfittxu li jillistjaw l-ishma tagħhom fuq is-suq għall-ewwel darba, il-Baġit introduċa wkoll it-tneħħija tat-taxxa ta’ 15% fuq il-qligħ kapitali. Din il-miżura hi importanti biex tattira aktar azzjonisti ta’ kumpaniji eżistenti, li f’ħafna każijiet huma negozji mmexxija minn familji, li jillistjaw il-kumpaniji tagħhom permezz tal-ħruġ u l-bejgħ ta’ ishma fuq is-suq peres li huma issa mhu se jħallsu l-ebda taxxa fuq il- qligħ kapitali fuq ishma tagħhom meta jigu ammessi fuq il-Borza ghal-ewwel darba. Kumpaniji ammessi fuq Prospects se jibbenefikaw ukoll minn dan inċentiv fiskali li jikkorispondi direttament mal-persentaġġ ta l-ishma offruti lill-pubbliku.
Il-gvern introduċa wkoll għażliet addizzjonali ta’ investiment bħal Green and Pension oriented Bonds.
Dawn il-miżuri huma mmirati li jinċentivaw aktar kumpaniji jillistjaw fuq il-Borza u b’hekk joffru lil investituri sorsi alternattivi ta’ investiment.
Ic-Chairman tal-Borża ta’ Malta, is-Sur Joseph Portelli laqa’ dawn l-inizjattivi li huma pożittivi ħafna għas-Swieq Kapitali Maltin u ghall-investituri lokali. Huwa qal “Dawn il-proposti flimkien mal-Pjan Strateġiku ghas-Swieq Kapitali Nazzjonali li dalwaqt se jkun mħabbar se jpoggu s-swieq kapitali tagħna fuq livell sinifikattivament ogħla u fil-proċess tista’ tibbenefika l-ekonomija tagħna.