Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen żaret familji u nies f’żewġ ibliet fil-Belġju, li ġew milquta mill-għargħar fl-Ewropa.
Bosta minn dawn tilfu djarhom f’dan l-għargħar li ħalla l-ħajja ta’ aktar minn 150 persuna.
Barra l-Ġermanja u l-Belġju, fejn mietu dawn il-persuni, dan l-għargħar laqat pajjiżi bħall-Iżvizzera, l-Lussemburgu u l-Olanda.
Il-ħaddiema tas-salvataġġ jinsabu fi ġlieda kontra l-ħin sabiex isibu l-persuna li għadhom mitlufin.
Mal-ħaddiema tas-salvataġġ tal-lokal ingħaqdu madwar 170 ħaddiem ieħor minn Franza, l-Italja u l-Awstrija.
Dan hekk f’dan il-każ ta’ emerġenza skatta l-mekkaniżmu Ewropew tal-Protezzjoni Ċivili, fejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jgħinu lil dawk affettwati minn dan id-diżastru.