Mart il-President tar-Repubblika, is-Sinjura Miriam Vella, ħarġet mill-Isptar Mater Dei llum waranofsinhar.
Dan wara li t-Tlieta li għadda, iddaħħlet l-isptar għax kienet qed tbati minn pneumonia.
Il-President u s-Sinjura Vella rringrazzjaw lill-konsulenti, tobba, infermiera u l-istaff kollu tal-isptar tal-ħidma tagħhom b’dedikazzjoni.