“Dan huwa baġit verament soċjali li jaħseb fiż-żgħir u l-batut u li qed jagħti bosta opportunitajiet għal kwalità ta’ ħajja aħjar” dan qaluh Nisa Laburisti fi stqarrija.
NL – Nisa Laburisti tħares ‘il quddiem biex jiġu mplimentati u attwati d-diversi iniżjatttivi soċjali li fih il-baġit 2017.
“Dan huwa baġit verament soċjali, li jaħseb fiż-żgħir u l-batut li qed jagħti bosta opportunitajiet għal kwalità ta’ ħajja aħjar ” qalet Claudette Abela Baldacchino President ta’ NL – Nisa Laburisti.
NL – Nisa Laburisti tħares ‘il quddiem biex mill-aktar fis possibli tibda l-Konsultazzjoni pubblika għall-introduzzjoni ta’ dritt ta’ persuni li jużaw sick leave meta t-tfal ikunu morda.
Tħares ‘l quddiem biex tiddaħħal l-iniżjattiva fil-forma ta’ liġi biex tipjip fil-karozzi fil-preżenza tat-tfal tkun illegali, filwaqt li tifraħ lill-Gvern għall-iniżjattivi bħal m’huwa leave għal min jirċievi kura għall-kanċer u aktar servizzi għal min għandu l-kundizzjoni tad-dijabete.
Żiedet tgħid li l-mizuri soċjali b’mod partikolari fil-qasam tal-pensjonijiet, diżabilità, inwork benefit u iniżjattivi oħrajn ser ikomplu jsaħħu mhux biss lill-familji, iżda wkoll il-qagħda tan-nisa fosthom bl-iniżjattiva fejn il-Gvern qed ineħħi d-differenza fir-rati fissi jew minimi fil-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa.
Qalet ukoll li dan il-baġit ser jibqa’ wkoll imfakkar għall-iniżjattiva li titneħħa t-taxxa minn fuq il-pensjonijiet li jaslu sa massimu ta’ €13,000.