F’Milan, il-Qassis Emanuele Tempesta ta’ 29 sena ġie arrestat wara li allegatament abbuża sesswalment minn tal-anqas ħamest itfal, li għandhom bejn l-10 u 16-il sena.
Dawn l-allegat abbużi fuq it-tfal seħħew bejn Frar tas-sena l-oħra u Mejju li għadda.
Il-Qassis ġie arrestat wara rapport li għamlet omm ta’ xi ħadd minn dawn it-tfal.
Il-Qassis ċaħad dawn l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu.
Il-Kurja ta’ Milan qalet li se tinvestiga dan il-każ bir-reqqa.