Il-Qorti ordnat kumpanija li tipprovdi ċ-ċilindri tal-gas tħallas €21,000 wara li ssupplixxiet lil wieħed mid-distributuri b’1,400 ċilidru vojt.
Dan wara li d-distributur Aaron Camilleri fetaħ kawża fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili.
Fil-fatt Camilleri sostna li Easygas Malta Limited ma ħallsitux għaċ-ċilindri vojta.
Intant il-kumpanija qalet li kienet qed tistenna struzzjonijiet mir-Regolatur għas-Servizzi tad-Dawl u l-Ilma dwar it-triq ’il quddiem.
L-Imħallef Robert Mangion laqa’ t-talba ta’ Camilleri u ordna lil Easygas tagħtih €15 għal kull ċilindru tal-gass.