Kumpaniji fl-Unjoni Ewropea jistgħu jipprojbixxu lill-impjegati milli jilbsu xalel ma’ rashom taħt ċertu kundizzjonijiet, jekk huma mitluba jkunu jidhru newtrali mal-klijenti. Dan intqal mill-ogħla Qorti fl-Unjoni Ewropea.
Il-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja qalet dan waqt li kienet qed tippresedi fuq każijiet mressqa minn żewġ nisa Musulmani fil-Ġermanja wara li tkeċċew mix-xogħlijiet tagħhom għax kienu lebsin xalla ma’ rashom.
Din hi kwistjoni li qed titqies waħda taħraq hekk kif id-dibattitu dwar il-hijab u lbies simili mhux l-ewwel darba li spiċċa fuq fomm in-nies.
Fil-każijiet imressqa, instema’ kif iż-żewġ nisa fil-bidu meta kienu jaħdmu mal-kumpanija ma kinux jilbsu x-xalla ma’ rashom iżda wara li rritornaw ix-xogħol wara liv tal-maternità. Kien hemm li l-kumpanija avviċinathom u qaltilhom li dawn ma kinux lebsin b’konformità ma’ dak mitlub minnhom mill-kumpanija u għalekk kellhom għażla li jew ma jilbsux ix-xalla jew jilbsuha u ma jirritornawx lura għax-xogħol.