Il-ġurnalist investigattiv Olandiż Peter De Vries tilef il-battalja mal-mewt, ġimgħa wara li ġew sparati tiri lejh.
Il-każ seħħ f’Amsterdam, fis-6 ta’ Lulju, meta ġew sparati tiri hekk kif kien għadu kemm ħareġ minn intervista li kellu fuq stazzjon televiżiv.
Il-mewt tal-ġurnalist Olandiż tħabbret minn familtu.
Dakinhar tal-inċident, il-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem kienet qalet li tinsab ixxukkjat b’dan il-każ.
Il-ġurnalist Olandiż jibqa’ magħruf għall-istejjer jaħarqu li kiteb, fosthom dik b’rabta mal-ħtif ta’ Freddy Heineken fl-1983.