Ċek ta’ wieħed u erbgħin sena se jintbagħat lura pajjiżu, wara li l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ordnat l-estradizzjoni tiegħu.
Dan hekk kif huwa kien imfittex f’pajjiżu fuq allegat frodi, wara li fl-elfejn u dsatax, il-Pulizija Ċeka ħarġet mandat t’arrest Ewropew, hekk kif allegatament importa apparat elettroniku mill-iSlovakkja li fuqu ma ħallasx VAT.
Iċ-Ċek applika għal rifużjoni tal-VAT minn pajjiżu, għalkemm qiegħed jiċħad l-akkużi miġjuba kontrih u allega li kien maħtuf u mġiegħel jiffirma xi dokumenti.
Huwa għandu sebat ijiem ċans biex jappella din l-ordni.