Manuel Mallia ġie approvat biex jinħatar Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit.
Dan wara vot li ttieħed fil-Kumitat Parlamentari għall-Ħatriet Pubbliċi.
Huwa se jieħu post il-Kummissarju Għoli Joseph Cole.
Manuel Mallia serva bħala avukat kriminali għal sebgħa u erbgħin sena u daħal fil-politika fl-elfejn u tnax meta ngħaqad formalment mal-Partit Laburista u sussegwentement ġie elett fl-elezzjoni fl-elfejn u tlettax.
Mallia ħabbar li se jirriżenja minn Membru Parlamentari biex jieħu l-irwol il-ġdid tiegħu.