Raġel ta’ 50 sena mis-Sannat jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madar sular u nofs f’xaft hu u jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Fisher, l-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.