Raġel li kien mixli li f’Mejju tal-elfejn u sebgħa għamel rapport falz lill-Pulizija, ġie illiberat minn kull akkuża minħabba li ma tressqux provi l-Qorti b’rabta ma’ dan l-allegat reat.
Il-Qorti li kienet ippreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea, innotat li l-każ ilu pendenti erbatax-il sena u kien qed jistema’ quddiem Maġistrat ieħor, iżda ġie deferit mingħajr data.
Jidher ukoll li ma tressqux provi għajr dawk fil-bidu tal-proċeduri.
L-imputat qal li l-kwistjoni bdiet meta raġel offendieh f’bar.
Il-Maġistrat qalet li f’każijiet bħal dawn ġeneralment jitressqu żewġ persuni quddiem il-Qorti sabiex jinstemgħu l-verżjonijiet taż-żewġ partijiet.