Nirien kbar għadhom qed jaħkmu bosta żoni fl-Istati Uniti hekk kif għadd ta’ reġjuni qed jesperjenzaw mewġa ta’ sħana li kawża tagħha hekk jesperjenzaw temperaturi rekord f’diversi żoni.
Komunitajiet qed jintalbu jevakwaw hekk kif ħaddiema tat-tifi tan-nar qed jagħmlu ħilithom biex jikkontrollaw in-nirien f’kundizzjonijiet estremi.
Żewġ ħaddiema tat-tifi tan-nar f’Ariżona tilfu ħajjithom meta l-ajruplan li kienu fuqu ġġarraf waqt li kienu qed jikkontrollaw in-nirien mill-ajru.