Il-mara tal-President tal-Haiti tkellmet għall-ewwel darba minn meta seħħ l-attakk.
Hi ddeskriviet il-mument ta’ meta seħħ l-assassinju fejn qalet li żewġha ntlaqat minn bosta tiri sparati lejh.
Martine Moïse qalet li l-attakk seħħ f’ħin qasir tant li żewġha qas kellu ċans ilissen kelma waħda.
Il-President inqatel fis-7 ta’ Lulju wara li allegatament 28 eks suldati daħlu fir-residenza tiegħu u sparaw lejh, b’martu tindarab fil-proċess.