Matthew Simon Gilmartin ta’ 36 sena u John Conor Donelly ta’ 35 sena li joqogħdu l-Mellieħa ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti akkużati b’pussess u kultivazzjoni tal-pjanta kannabis.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest bil-Qorti tilqa’ t-talba filwaqt li imponiet diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €2,000 kull wieħed.