Huma bosta dawk li qed jagħmlu kuntatt sabiex jiksbu aktar informazzjoni dwar il-miżuri tal-baġit għas-sena d-dieħla, li tħabbru lbieraħ fil-Parlament.
Kien baġit bit-tema “Malta, ġid li jasal għand kulħadd”; baġit li jkompli jtejjeb ir-riżultati li dan il-Gvern qed jikseb.
L-ikbar tliet miżuri ta’ dan il-baġit huma li kull min hu fuq il-paga minima se jieħu żieda, se jiżdied id-dħul tal-pensjonanti u se tiżdied l-għajnuna lil eluf ta’ familji li jgħixu f’post mikri. Iżda kien hemm ħafna aktar dettalji li wieħed ikun jixtieq jistaqsi fuqhom.
Għalhekk importanti wieħed jinnota n-numru li fuqu jista’ jċempel għal din it-tip ta’ informazzjoni: 8007 6677.