Tfajla ta’ 21 sena u ġuvni ta’ 19-il sena, li t-tnejn huma Ingliżi ġew arrestati mill-pulizija b’rabta ma’ vandaliżmu li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa fuq is-Salib tal-Pellegrini fil-Mellieħa.
Iż-żewġ persuni qed jinżammu fil-Lock up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u mistennija jitressqu l-Qorti għada.