Ix-xahar li għadda, in-numru ta’ kuntratti fuq proprjetajiet residenzjali ammontaw għal elf, mija u tlieta u tmenin. Żieda ta’ erba’ mija u sebgħa u tletin kuntratt meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra.
Il-valur ta’ dawn il-kuntratti ammonta għal mitejn u tmienja u tletin miljun ewro.
KUNTRATTI TA’ PROPRJETÀ RESIDENZJALI:
ĠUNJU 2021 – 1,183
ĠUNJU 2020 – 746
+437
B’VALUR TA’ €238 MILJUN
Fl-istess xahar, kienu rreġistrati elf, mija u sitta u sittin konvenju. Mitejn u ħames konvenji aktar minn Ġunju tal-elfejn u għoxrin.
KONVENJI TA’ PROPRJETÀ RESIDENZJALI
ĠUNJU 2021 – 1,166
ĠUNJU 2020 – 961
+205
Dan joħroġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li wriet ukoll kif it-tieni kwart tas-sena ġab miegħu żieda ta’ aktar minn sebgħa u tmenin fil-mija fil-kuntratti rreġistrati fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Fil-fatt, fit-tieni kwart ta’ din is-sena ġew irreġistrati tlett elef, ħames mija u wieħed u erbgħin kuntratt. Żieda ta’ elf, sitt mija u tlieta u ħamsin kuntratt fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.
KUNTRATTI TA’ PROPRJETÀ RESIDENZJALI
APRIL-ĠUNJU 2021 – 3,541
APRIL-ĠUNJU 2020 – 1,888
+1,653
L-akbar ammont ta’ kuntratti din is-sena ġew irreġistrati fir-reġjun ta’ Għawdex, u dak ta’ Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra, iż-Żejtun, Birżebbuġa, Marsaskala u Marsaxlokk, rispettivament.
Min-naħa l-oħra, l-inqas lokalitajiet li raw bejgħ ta’ proprjetà kienu l-Birgu, l-Isla, Bormla u l-Kalkara, u r-reġjun tal-Imdina, Ħad-Dingli, ir-Rabat, l-Imtarfa u l-Imġarr.
Intant, bejn April u Ġunju ta’ din is-sena, in-numru ta’ konvenji rreġistrati kien dak ta’ erbat elf u tlieta u sebgħin. Din iċ-ċifra tirriżulta f’żieda ta’ aktar minn mija u tlieta u tletin fil-mija fuq it-tieni kwart tal-elfejn u għoxrin.
KONVENJI TA’ PROPRJETÀ RESIDENZJALI
APRIL-ĠUNJU 2021 – 4,073
APRIL-ĠUNJU 2020 – 1,741
+2,332