Qed jiġi rrapportat li kien grupp ta’ suldati Kolombjani li huma rtirati li assassinaw lill-President tal-Haiti, Jovenel Moïse.
Il-grupp kien magħmul minn 26 Kolombjan u żewġ Amerikani.
Tmien suspettati għadhom qed jiġu meqjusa maħruba filwaqt li 17-il persuna, inkluż iż-żewġ Amerikani, ġew arrestati.
Dan hekk kif filwaqt il-persuni l-oħra nqatlu mill-Pulizija.
Kien aktar kmieni din il-ġimgħa li ġie rrapportat li l-President tal-Haiti nqatel filwaqt li martu ndarbet wara li numru ta’ persuni daħlu fir-residenza tiegħu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu f’Port-au-Prince.