Dalgħodu l-Qorti ġiet evakwata wara li fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija daħlet telefonata anonima li kien hemm theddida ta’ bomba.
Jidher li kienu l-għaxra u kwart ta’ dalgħodu xħin l-amministrazzjoni tal-Qorti ġiet informata b’dan kollu mill-Ispettur tal-għassa tal-Pulizija tal-Belt.
Fi stqarrija, l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati qalet li membri tal-Bomb Disposal Unit tal-Forzi Armati ta’ Malta ġew infurmati bil-każ minnufih biex jittieħdu l-miżuri kollha li kien hemm bżonn, anke minħabba li dak il-ħin kien hemm bosta persuni fil-Qorti.
L-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Qrati infurmat lill-Prim Imħallef bil-każ, u biex il-pubbliku jinqeda aħjar xorta, ġie estiż il-ħin tar-Reġistru.