It-timijiet ta’ salvataġġ li għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet qalb it-tifrik li ħalla t-tiġrif ta’ binja fi Florida, m’għandhomx iktar tama li jsibu nies ħajjin, tant li l-missjoni tagħhom inbidlet minn waħda ta’ tfittxija u salvataġġ, għal sforz ta’ rkupru, u se jieqfu t-tfittxijiet.
Id-deċiżjoni ttieħdet ġimagħtejn wara li l-binja ta’ tnax-il sular iġġarrfet f’nofs ta’ lejl.
Erbgħa u ħamsin vittma nstabu u sitta u tmenin għadhom irrappurtati nieqsa.
Ritratt: Getty Images