Raġel ġie ordnat mill-Qorti jagħti kumpens ta’ iżjed minn erbgħa u sittin elf ewro lil raġel ieħor li tajjar waqt li kien qed jgħin koppja tibdel rota tal-karozza.
Il-każ imur lura għal Lulju tal-elfejn u ħdax fl-Imqabba.
Fil-Qorti ntqal kif il-vittma niżel jgħin raġel li niżillu t-tajer u sakemm kien baxxut, laqtitu vettura.
Il-vittma, li dak iż-żmien kellu ħamsa u għoxrin sena, ittieħed l-isptar u dam disat ijiem jingħata l-kura.
Minħabba dan l-inċident, il-vittma sofra diżabilità permanenti ta’ ħmistax fil-mija.