L-ebda ġenitur ma jkun jixtieq jgħid lit-tfal tiegħu li xi ħadd tant għażiż għalihom tilef ħajtu. Mument diffiċli kien dak għal Braden Clark, tifel ta’ 8 snin, meta sema’ l-aħbar li ommu kienet tilfet ħajjitha wara overdose l-lejl ta’ qabel.
Missier it-tifel iddeċieda li jirrikordja l-mument li qal din l-aħbar kerha lil ibnu, bl-għan li jwassal messaġġ hemm barra għal dik l-omm, għal dak il-missier li jkunu qed jabbużaw mid-droga, biex jifhmu x’se jkunu qed iħallu warajhom.
Fuq mejda fil-kampanja, it-tifel beda jsaqsi ħafna drabi lil missieru biex jirrepeti dak li kien qallu, bħal donnu ma jistax jaċċetta r-realtá kiefra li kien se jkollu jaffaċja. It-tifel kien emozzjonat ħafna u nfexx jibki u jolfoq fuq in-nanna tiegħu.