Waqt maratona televiżiva l-Ħadd b’risq id-Dar tal-Providenza nġabru €512,870.
Fl-aħħar ta’ din il-maratona, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef irringrazzja lill-poplu Malta kollu għax reġa’ emmen f’din id-dar u f’dak li tagħmel ma’ persuni b’diżabiltà.
Huwa qal kif dawn in-nies jixraqilhom l-aħjar kwalità ta’ ħajja possibli.
Il-flus miġbura waqt din il-maratona se jmorru sabiex isir proġett ta’ immodernizzar ta’ erba’ flettijiet f’Villa Papa Giovanni.
Dan biex kull persuna jkollha ambjent aħjar fejn tgħix u jkollha l-aqwa servizz possibli.
Minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, din il-maratona saret waqt programm televiżiv f’kumpless f’Ħal Qormi, minflok fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.
Dan sabiex tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà ta’ dawn ir-residenti.