29 persuna tilfu ħajjithom, 50 huma midruba u u 17-il persuna huma meqjusa neqsin wara li ġġarraf ajruplan militari fil-Filippini.
Għexieren ta’ persuni nħarġu mit-tifrik u n-nirien li nħolqu kawża tat-tiġrif, ħajjin.
Meta ġġarraf, l-ajruplan kien qed iġorr aktar minn 90 persuna, bil-maġġoranza tagħhom huma truppi.
Dawk midruba ttieħdu l-isptar militari li jinsab fil-viċinanzi.