Imħallef tal-Vatikan ordna lil għaxar persuni, inkluż Kardinal Taljan, biex imorru quddiem ġuri dwar akkużi b’rabta ma’ reati finanzjarji.
Il-Kardinal Angelo Becciu ta’ 73 sena, fost l-oħrajn qed jiġi akkużat b’abbuż tal-poter, qerq u li xtara propjeta multi-miljunarja minn fondi tal-Knisja.
Il-Kardinal, li qed jiċħad l-akkużi kollha, kien sfurzat biex jirriżenja f’Settembru li għadda iżda xorta baqa’ jżomm it-titlu ta’ Eminenza.
Becciu kien Kardinal vera qrib il-Papa Franġisku, fejn aktar qabel kellu rwol ta’ Segretarju tal-Istat tal-Vatikan.