Mara ndarbet ġravi wara li ntlaqtet minn vettura f’San Ġwann.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa fi Triq Tas-Sliema, San Ġwann.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li mara ta’ 40 sena minn San Pawl il-Baħar, sfat milquta minn vettura ta’ tip Fiat misjuqa minn Taljan ta’ 32 sena li jgħix San Ġwann.
Il-mara ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.