Uffiċjal Korrettiv f’ħabs fi Fresno County f’Kalifornja ngħatat sentenza ta’ seba’ xhur ħabs u sentejn probation wara li kellha x’taqsam b’mod intimu ma’ priġunier fil-ħabs fejn kienet taħdem.
Tina Gonzalez ta’ 26 sena ġiet arrestata f’Mejju li għadda wara investigazzjoni mill-Pulizija tal-lokal tagħha. Il-każ beda jiġi investigat wara li l-awtoritajiet tal-ħabs waslulhom rapporti li kien hemm priġunier li kellu aċċess għal mobile kif ukoll oġġetti oħra li mhux suppost daħlu fil-ħabs.
Steve McComas, id-direttur tal-Ħabs spjega kif tul karriera ta’ 26 sena ra u sema’ diversi moqżiżati madanakollu dan il-każ xorta waħda ħallih bla kliem. Kompla jispjega kif Gonzalez kellha x’taqsam sesswalment mal-priġunier quddiem ħdax-il priġunier ieħor. Sabiex tagħmel dan aktar faċilment hija saħansitra għamlet toqba fil-qalziet tal-uniformi tagħha.
Il-kap tal-ħabs kompla jispjega li apparti li kellha x’taqsam mal-priġunier hija pprovdietlu wkoll numru ta’ xfafar tal-leħja kif ukoll tagħtu informazzjoni dwar is-siġurtà tal-faċilità fejn kienet taħdem.