Illejla l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna preżenta baġit soċjali ta’ gvern li jrid jara li Malta jkun pajjiż fejn il-ġid jasal għand kulħadd. Ġid li jista’ jitqassam għax fl-aħħar tliet snin inħoloq.
Dak għas-sena d-dieħla huwa baġit li se jwassal biex fi żmien tliet snin it-tfal kollha f’familja fejn minn tal-inqas taħdem persuna waħda jkunu ħarġu mill-faqar.
Huwa wkoll baġit tal-uniku gvern fl-istorja ta’ pajjiżna li naqqas kull sena t-taxxa tad-dħul u li żied il-pensjonijiet fi kwart ta’ seklu. Għat-tieni darba konsekuttiva.
L-ikbar tliet miżuri ta’ dan il-baġit huma;
Kull min hu fuq il-paga minima se jieħu żieda
Se jiżdied id-dħul tal-pensjonanti
Se tiżdied l-għajnuna lil eluf ta’ familji li jgħixu f’post mikri
Dan kollu huwa mnebbaħ mit-tema ewlenija tal-baġit. Dak li Malta huwa pajjiż fejn il-ġid jasal għand kulħadd.