Il-Boy Scouts tal-Amerika (BSA) laħqu ftehim li jlaħħaq it-850 miljun dollaru Amerikan ma’ madwar 60,000 persuna dwar akkużi ta’ abbużi sesswali li saru matul is-snin.
Dan huwa l-akbar ftehim dwar abbuż sesswali fl-istorja tal-Istati Uniti.
Il-BSA talbu skuża lill-vittmi u minkejja li s-sena li għaddiet fallew finanzjarjament, l-organizzazzjoni se tkun qed twaqqaf trust ta’ kumpens għall-vittmi ta’ abbuż sesswali.
Lura fl-2012, il-gazzetta Los Angeles Times kixfet madwar 5,000 każ ta’ abbuż fosthom kontra l-mexxejja tal-iscouts.