Is-sena d-dieħla se jitwettqu miżuri biex l-isport ikun aktar qrib in-nies.
Bini ta’ aktar pixxini
Fil-bidu tas-sena d-dieħla se jinbeda ix-xogħol fuq indoor pool fil- Kumpless Sportiv tal-Kottonera waqt li deċiżjoni dwar il-bini ta’ aktar faċilitajiet simili tittieħed wara li jitlesta l-istudju fuq pixxina oħra f’Wied il-Għajn.
Biex il-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq tkun fi stat aħjar, fl-2017 se jkompli jitwettaq programm ta’ xogħol fejn se naqilgħu d-deck u nagħmluh mill-ġdid u nagħmlu wkoll manutenzjoni tal-art tal-istands.
Faċilitajiet oħra
Ser jsir xogħol estensiv fil-Marsa Sports Ground biex faċilitajiet eżistenti jiġu modernizzati u jservu għal dixxiplini differenti.
Qed ikun pjanat li jiżdiedu l-faċilitajiet fl-iskola Marija Assunta fil- Ħamrun għal aktar dixxiplini fosthom snooker, handball, table tennis, table football, basketball, darts u jogging track.
Is-sena d-dieħla se jibda x-xogħol fuq kumpless sportiv ġdid f’Santa Venera. Qed ikun pjanat l-nimmodernizzar tal-Padiljun f’Ta’ Qali li hu wżat mill-Malta Basketball Association. Ser tkun qed issir ħidma wkoll fuq shooting range ġdida permezz ta’ sejħa pubblika.
Se jsiru faċilitajiet għal-laqghat fil-Kumpless Sportiv tal- Kottonera, waqt li f’Marsaskala, minbarra l-pixxina, se jinbena wkoll ċentru ġdid għall-għaddasa u ground tal-football.
Fl-2017 se tkun konkluża l-proposta biex il-korsa taż-żwiemel tal- Marsa, flimkien mal-privat, issir fuq livell internazzjonali.
Wara li ħarġet espressjoni ta’ interess biex tkun studjata l-possibilità li jkun hawn track tal-karozzi li qajmet interess qawwi, fl-2017 se tittieħed deċiżjoni fuq il-pass li jmiss dwar dan il-proġett.