Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qed jaħrab milli jwieġeb jekk għandux kredibilità jitkellem fuq l-evażjoni tat-taxxa, dan fl-isfond tad-deċiżjoni tat-Task Force għall-Azzjoni Finanzjarja.
Waqt li kien qed jiġi mistoqsi wara l-intervent tiegħu waqt laqgħa tal-MCESD dwar id-deċiżjoni tal-FATF, Bernard Grech qal hekk biss.
“L-Oppożizzjoni dejjem kienet fuq quddiem biex tiġġieled l-evażjoni fiskali.”
Imbagħad meta mistoqsi mill-ġurnalisti indipendenti jekk jemminx li għandu l-kredibilità biex jitkellem fuq l-evażjoni tat-taxxa, dan minħabba li meta kien se jsir Kap tal-Partit Nazzjonalista nqabad li għamel snin ma jħallasx eluf ta’ ewro f’taxxa u VAT dovut, Bernard Grech ħarab milli jwieġeb.
Bernard Grech saħansitra imbagħad qal li jifhem lil min ma jħallasx it-taxxa.
“L-ikbar kredibilità li għandi li nifhem li jkun hemm min ibati anke waqt li jkun qed jaħdem anke meta jkun jagħmel il-professjoni tiegħu.”