L-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tridx taċċetta l-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza tal-Fondi Ewropej li jammonta għal €320 miljun.
Fil-Parlament, meta l-Pjan kien qed jiġi diskuss il-Ħamis filgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni maqdar il-Pjan li l-Prim Ministru ddeskrivih bħala wieħed li se jissarraf fi proġetti essenzjali għall-pajjiż u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi.
Quddiem dan il-Pjan li l-Prim Ministru Malti nnegozja b’suċċess is-sena l-oħra f’Summit intensiv bejn il-mexxejja Ewropej, fejn Malta kisbet l-akbar pakkett ta’ fondi Ewropej fl-istorja, Bernard Grech sejjaħ il-Pjan bħala froġa.
“U wara tiġu għandna u quddiem pajjiżna bil-froġa lesta.”
Wara li imbagħad il-Gvern iddiskuta anki l-Pjan mal-imsieħba soċjali f’laqgħa l-Erbgħa fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, Bernard Grech kompla jattakka lil Gvern Laburista fid-diskors partiġjan tiegħu fil-Parlament u qal li dan il-Gvern mhuwiex denju li jmexxi lil Malta.
“Li ma ħaqqkomx tkunu denji tat-tmexxija ta’ dan il-pajjiż.”