Mijiet ta’ mwiet għall-għarrieda, li l-maġġoranza tagħhom qed ikunu marbuta mal-mewġa ta’ sħana li tinsab għaddejja fil-pajjiż, mietu fil-Kanada.
F’ħamest ijiem ġew irrappurtati aktar minn 480 mewt, żieda ta’ kważi 200% fuq l-istess perjodu ta’ snin ilu meta l-pajjiż jesperjenza ħafna sħana.
Minkejja dan, is-sħana li għaddejja bħalissa fil-Kanada kisret kull rekord, u l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi, li ħafna minnhom huma anzjani.
It-temperaturi għoljin li qed ikunu rreġistrati fl-Amerka ta’ Fuq qed ikunu deskritti bħala “abnormali”.
Ħafna mill-imwiet huma ta’ anzjani li jgħixu fi djar mhux ventilati waħedhom.
Il-Kanada rreġistrat l-ogħla temperatura fl-istorja ta’ 49.6 gradi celsius.