Ingliż ta’ 58 sena, li joqgħod il-Mellieħa ġarrab ġrieħi gravi, wara li ħabat bil-karozza li kien qed isuq ma’ żewġ karozzi oħra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu, fi Triq is-Salini, in-Naxxar.
Iż-żewġ karozza l-oħra kienu qed jinstaqu minn raġel ta’ 28 sena mill-Mellieħa u raġel ta’ 35 sena min-Naxxar.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Ispatr Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.