Chris Farrugia li għandu 40 sena u li m’għandux indirizz fiss inżamm arrestat wara li ġie mixli li seraq anzjana ta’ 85 sena filwaqt li pprova jittallab għall-karitá liema azzjoni kienet għad-detriment ta’ żewġ nisa anzjani.
Hu kien akkużat ukoll li jgħix ħajja ta’ għażż u talli sar riċediv.
Fil-Qorti, l-ispettur spjega li kien qed idur bieb bieb taparsi jitlob għall-karitá fejn kien qed isaqsi għall-15 ewro.
F’każ partikolari, l-ispettur spjega li r-raġel allavolja m’użax vjolenza, impona l-preżenza tiegħu f’dar ta’ anzjana u hu u ħiereġ mid-dar tagħha, serqilha l-wallet li kien fih xi pinnoli u madwar 200 ewro.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Maġistrat Joe Mifsud wissa li l-anzjani tal-komunitá għandna nipproteġuhom u mhux nisirquhom.
Qabel ma telaq għal din l-avventura, b’sorpriża lill-għarus tagħha, Lara Vella wriet l-ikbar turija ta’ mħabba lejh u pproponietlu.
B’ħafna ferħ hu aċċetta u f’kitba fuq il-paġna uffiċjali tiegħu fuq Facebook Neil stqarr kif Lara dejjem kienet ir-raġġ ta’ dawl li tigwidah.
Permezz ta’ din l-għawma Neil qiegħed jipprova jikser ir-rekord dinji tal-itwal għawma b’tul ta’ mija u erba’ u għoxrin kilometru.
Għal dawk kollha li jixtiequ jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Neil huma mistiedna sabiex jgħinu fil-ġbir ta’ miljun biċċa plastic qabel Neil jasal lura lejn pajjiżna.
Iżjed informazzjoni fuq dan tinsab fuq il-paġna ta’ Facebook tal-għawwiem.