Kanadiż ta’ 62 sena ngħata l-libertà kundizzjonata wara li tressaq il-Qorti mixli b’importazzjoni, traffikar u pussess ta’ kannabis.
Il-Kanadiż kien arrestat mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga nhar il-Ġimgħa li għadda wara li d-Dwana infurmat lill-pulizija li kienu għadhom kif waslu tliet kaxxi b’madwar 18,000 sigarett b’sustanza suspettata kannabis indirizzata lill-Kanadiż.
Minn tfittxijiet oħra illi saru fid-dar tal-akkużat fis-Swieqi nstabu prodotti oħra magħmulin minn estratti tal-kannabis kif ukoll ammont ieħor ta’ sigaretti simili għal dawk illi waslu bil-posta.
Fil-Qorti l-Kanadiż ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/06/28/jinzamm-arrestat-brabta-ma-18000-il-sigarett-bsustanza-illegali/