Anzjana ta’ 72 sena minn Raħal il-Ġdid, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza tal-għamla Daihatsu, li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ tlieta u għoxrin sena, minn Raħal il-Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu, fi Triq San Ġużepp, Raħal il-Ġdid.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit li ħatret inkjesta, filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.