Mill-2019 ‘l hawn, l-aġenzija Servizz Ewropej f’Malta assistiet 23 każin tal-banda, fosthom is-Soċjetà Filarmonika Maria Maria Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar irrestawrat teatru miftuħ, magħruf bħala l-Blue Arena.
Hawnhekk inxtrat sistema li tipproteġi l-palk tat-teatru mill-elementi, kif ukoll sistema ta’ dawl li jixegħlu l-istess teatru waqt l-attivitajiet.
Barra minn hekk sar restawr tal-faċċata ta’ dan it-teatru miftuħ, b’fondi tal-Unjoni Ewropea mill-programm LEADER, bl-assistenza ta’ Servizz Ewropej f’Malta.
Waqt żjara li għamel il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela qal kif dawn il-fondi sabiex iwettqu l-proġetti tagħhom.
Huwa qal, “Hija importanti ħafna li din l-għajnuna minn Fondi tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ Servizz Ewropej f’Malta tkompli tingħata biex b’hekk inressqu aktar lill-Unjoni Ewropea fil-komunitajiet tagħna lejn iċ-ċittadini tagħna u b’hekk inkunu qed niggarantixxu futur lil din l-istess Unjoni u nkunu qed niggarantixxu futur lill-kultura f’pajjiżna.”
Is-Segretarju Eżekuttiv tas-Soċjetà, Mauro Xuereb, spjega kif dan ir-restawr qed iwassal biex jippremetti l-użu tat-teatru bl-aktar mod sħiħ.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Servizzi Ewropej f’Malta, Mandy Falzon, spjegat kif l-aġenzija tgħin għaqdiet f’dik l-imbuttatura li jkunu jeħtieġu biex japplikaw għall-fondi Ewropej, li mhux dejjem ikun faċli għalihom li jagħmlu.