Derek Chauvin ta’ 45 sena ġie kkundannat 22 sena u nofs ħabs minn Qorti Amerikana dwar l-involviment tiegħu fil-qtil ta’ George Floyd, u ġie projbit milli jkollu armi tan-nar għal għomru.
F’April li għadda, Chauvin instab ħati li qatel lil Floyd f’Minneapolis fil-25 ta’ Mejju tal-2020.
Chauvin, eks uffiċjal tal-pulizija kien deher f’filmat fuq il-midja soċjali jżomm irkopptu m’għonq George Floyd għal disa’ minuti sħaħ waqt l-arrest tiegħu. Fl-istess filmati, Floyd instema’ jitlob diversi drabi lil Chauvin biex jieqaf għax kien qed jaqtagħlu nifsu.
Tliet eks uffiċjali oħra qed jiġu akkużati b’mod separat li kisru d-drittijiet ċivili ta’ George Floyd.