Il-Gvern hu kommess li l-anzjani jibqgħu jgħixu kemm jista’ jkun fi djarhom u fil-komunità. Dan iwassal għal sens akbar ta’ dinjità. Ir-riforma fil-Pensjoni tal-Wens u fl- Allowance għal Carer li se tkun qed titwettaq matul is-sena d- dieħla, fejn il-benefiċċju ser jiżdied b’mod sostanzjali, filwaqt li l- benefiċċju tal-Pensjoni tal-Wens ser jitħallas mingħajr test tal- mezzi.
Dan il-benefiċċju se jkun ta’ €140 fil-ġimgħa li jfisser żieda ta’ €35 fil-ġimgħa jew żieda f’sena ta’ €1,820 aktar mir-rata preżenti tal-Pensjoni tal-Wens.
Mill-2017, dik li illum hija l-Pensjoni tal-Wens u li titħallas biss wara test tal-mezzi tal-carer u f’każ fejn il-pazjent juża wheelchair jew ikun ikkonfinat f’sodda, se tinbidel f’Increased Carers’ Allowance u se titħallas lil dawk il-carers, inkluż il-miżżewġin, b’xi kundizzjonijiet, li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb persuna fir-residenza tagħhom li jkollha grad għoli ta’ dipendenza.
Min-naħa l-oħra il-Carers’ Allowance se titħallas lil dawk il-carers li jkunu qed jieħdu ħsieb persuna fir-residenza tagħhom, u li jkollha grad medju ta dipendenza. Ir-rata tal-Carers’ Allowance se tkun ta’ €90 fil-ġimgħa li jfisser €14 fil-ġimgħa jew €728 fis-sena aktar mir- rata preżenti. F’dan il-każ id-dritt għal dan il-benefiċċju se jibqa’ skont test tal-mezzi tal-carer.