Il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Ugwaljanza, il-Maltija Helena Dalli kellha laqgħa virtwali mal-President tal-UEFA, Aleksander Čeferin.
Fuq Twitter, il-Kummissarju Helena Dalli qalet kif il-laqgħa kienet waħda eċċellenti, fejn iddiskutew it-tema tal-logħba ugwali, hekk kif din hija prijorità għall-Unjoni Ewropea.
Hija qalet ukoll kif bħalissa waqt il-Kampjonati Ewropew tal-EURO 2020 qed isir xogħol favur l-ugwaljanza.