Kenneth Victor Azobu ta’ 34 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li kkawża ġrieħi gravi lil mara li kien jaħdem magħha waqt argument.
Fil-Qorti ntqal kif l-allegat vittma rrappurtat lill-akkużat mal-Pulizija hekk kif ikkawżalha ġrieħi ħfief, iżda jumejn wara reġgħet irrappurtat li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Il-Prosekuzzjoni appellat sabiex ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest minħabba l-fatt li m’huwiex Malti u għalhekk hemm il-biża’ li jaħrab.
Min-naħa l-oħra d-difiża sostniet li l-imputat huwa fil-fatt Malti hekk kif ilu jgħix f’pajjiżna għal erbatax-il sena u huwa ċittadin Malti.
Intqal kif huwa għandu kondotta nadifa, u apparti x-xogħol tiegħu bħala kok, huwa għandu wkoll ħanut tal-merċa.
Minkejja dan il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest fuq biża’ ta’ intralċ tal-provi.