Nazzareno Dalli ta’ 40 sena residenti l-Marsa ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li ħebb u hedded lis-sieħba tiegħu u lil bintha.
Huwa ġie mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti aktar qabel.
Dalli ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi akkużi fosthom li ma jsifirx, jidher il-Qorti meta jiġi msejjaħ u li ma jkellimx lix-xhieda f’dan il-każ.
Għall-imputat deher l-Avukat Mario Mifsud.