Alexander Farrugia laħaq Chairperson tal-Bord għall-Iżvilupp ta’ Ħiliet ta’ Litteriżmu fil-Media wara l-ħidma li għamel Reno Bugeja.
Dan il-bord għandu l-iskop li jħejji pjan, jippromwovi u jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-iżvilupp ta’ ħiliet ta’ litteriżmu fil-media.
Fi stqarrija ntqal li s-Sur Farrugia huwa kittieb u edukatur u għamel ħmistax-il sena fil-ġurnaliżmu, b’sebgħa minnhom bħala editur.
Illum il-ġurnata huwa responsabbli mit-tagħlim tal-adulti, ir-riċerka u l-early school leavers kif ukoll lettur fl-Università ta’ Malta.
Fl-istqarrija l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela awgura lis-Sur Alexander Farrugia.
Hu stqarr li l-bord jagħmel ħidma meħtieġa dwar il-bżonn ta’ użu responsabbli fir-rispett sħiħ tal-libertà tal-espressjoni.
Dan filwaqt li rringrazzja lis-Sur Reno Buġeja tal-ħidma tiegħu f’dawn ix-xhur fejn tellaq diskussjoni importanti u meħtieġa.