Raġel ta’ 44 sena minn Ħal Qormi ndarab gravi wara li ġie aggredit minn xi persuni fil-Marsa.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax neqsin għaxra ta’ filgħaxija fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li kien qam argument bejn ir-raġel ta’ 44 sena ma’ żewġ persuni, mara ta’ 34 sena u raġel ta’ 40 sena minn Ħal Qormi.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 44 sena l-Isptar Mater Dei għal kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.